Left arrow Go Back

Bidu għall-programm Christmas in the Capital

Date Icon 27/11/2023
;

Il-Ministru għall-Wirt Nazzjonali, l-Arti u l-Gvern Lokali Owen Bonnici, flimkien maċ-Chairman tal-Aġenzija Kulturali għall-Belt Valletta Jason Micallef, taw bidu għall-programm Christmas in the Capital bil-mixgħela tad-dwal tal-Milied tul Triq ir-Repubblika u Triq Merkanti.

Inxtgħelu wkoll is-siġra tal-Milied li tinsab quddiem il-Parlament, u l-presepju fi Pjazza San Ġwann. Tnieda wkoll filmat mużikali b’kanzunetta oriġinali tal-Milied u saret prestazzjoni qasira minn The Travellers, Michela, Ira Losco u Gianluca Bezzina.

Il-programm ta’ Christmas in the Capital huwa mimli b’avvenimenti mill-isbaħ għall-familja kollha u se jibqa’ għaddej sal-31 ta’ Diċembru. Aktar tagħrif jinsab hawn: https://www.vca.gov.mt/mt/​. ​​


​

​

Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials