Left arrow Go Back

Attività għall-familja kollha fir-Rabat, Għawdex, fejn bosta setgħu jesperjenzaw il-proġett tal-padiljun waqt festa sportiva

Date Icon 14/04/2024
;

​

Il-Ħadd 14 ta' April kienu bosta dawk li attendew għall-attività għall-familja kollha fir-Rabat, Għawdex fejn setgħu jesperjenzaw il-proġett tal-padiljun waqt festa sportiva.

 

Din kienet esperjenza unika u b'differenza sabiex dawk kollha preżenti setgħu jżuru l-proġett tal-Gozo Indoor Sports and Aquatic Pavilion filwaqt li jiltaqgħu mal-perit tal-proġett u jistaqsu l-mistoqsijiet li jixtiequ. Wieħed seta' jara wkoll ritratti u pjanti ta' dan l-ikbar proġett sportiv li qatt sar f'Għawdex filwaqt li jsegwi fuq screen ix-xogħlijiet li saru s'issa. Barra minn hekk, permezz tal-Virtual Reality, il-pubbliku seta' jara kif se jiġi dan il-proġett.

 

Diversi għaqdiet u klabbs sportivi Għawdxin taw informazzjoni lill-pubbliku dwar dixxiplini sportivi differenti li huma offruti f'Għawdex u kien organizzat ukoll tournament tal-futbol għat-tfal fil-ground tal-Iskola Sekondarja tal-Kulleġġ ta' Għawdex.

 

Matul l-open day kien hemm divertiment għall-familja kollha u attrazzjonijiet oħra għat-tfal bħal face painting, karattri u bouncy castle.

 

Il-Ministru għal Għawdex u l-Ippjanar Clint Camilleri żar l-open day fejn iltaqa' ma' dawk kollha li attendew bi ħġarhom għal din l-attività li ttellgħet b'suċċess.​​

​

Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials