Left arrow Mur Lura

Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Promozzjoni tal-Kummerċ żar il-Fiera taċ-Ċittadini tal-UE, li qed tiġi organizzata fid-daħla tal-Belt Valletta fl-okkażjoni ta’ Jum l-Ewropa.

Date Icon 09/05/2019
;

​

F’din il-fiera tista’ tikseb l-informazzjoni li għandek bżonn dwar id-drittijiet tiegħek bħala ċittadin u konsumatur Ewropew, fondi tal-Unjoni Ewropea, opportunitajiet ta’ xogħol fl-Unjoni, u aktar. It-tema ġenerali ta’ din is-sena, kif wieħed jistenna, hija l-elezzjonijiet għall-Parlament Ewropew li se jsiru fil-25 tax-xahar. Din l-inizjattiva saret mill-Europe Direct Valletta, filwaqt li r-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta u l-Uffiċċju ta’ Kollegament tal-Parlament Ewropew f’Malta, taw is-sostenn tagħhom.



Ixxerja dan l-artiklu Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials