Iffirmat ftehim bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u MissioMalta
Ġie ffirmat ftehim ta' kooperazzjoni bejn l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu u MissioMalta li permezz tiegħu ser jinħoloq katalogu online komprensiv li juri l-vari reliġjużi u 'l fuq minn 300 kappella li joffru l-Gżejjer Maltin.
Il-katalgu bl-isem 'Chapels of Malta – A Historical Journey', ser joffri għarfien fil-fond dwar stejjer assoċjati ma' postijiet ta' qima u tour virtwali 3D li jippermetti s-segwaċi jesploraw kull kappella.
Meta kien qed jippresjedi għall-iffirmar tal-ftehim, il-Ministru għat-Turiżmu Clayton Bartolo rrimarka kif din l-inizjattiva tifforma parti mill-pjan tal-Awtorità Maltija għat-Turiżmu li jsaħħaħ l-importanza tat-turiżmu reliġjuż fil-prodott turistiku lokali.
“Impenjati li nkomplu ninċentivaw u nkunu ta' spalla ma' min hu lest jaħdem flimkien magħna biex Malta tibda tgawdi iżjed minn din in-niċċa turistika. Kull belt u raħal fil-Gżejjer Maltin għandhom tradizzjonijiet kulturali u reliġjużi x'joffru u għalhekk huwa importanti li ninvestu iżjed f'dan ir-rigward," temm jgħid il-Ministru Clayton Bartolo.