Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna rċieva żjara ta' korteżija mill-Ambaxxatur Daniż għal Malta Anders Carsten Damsgaard
Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna rċieva żjara ta' korteżija mill-Ambaxxatur Daniż għal Malta Anders Carsten Damsgaard. Matul iż-żjara, il-Ministru Scicluna u l-Ambaxxatur Carsten Damsgaard iddiskutew diversi kwistjonijiet ta' interess reċiproku kemm għal Malta kif ukoll għad-Danimarka.
Iż-żjara saret fil-Ministeru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji, il-Belt Valletta.