Left arrow Mur Lura

​Il-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna u s-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo jżuru l-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija

Date Icon 26/02/2020
;

“Il-gvern ser ikompli jinvesti fir-riċerka u l-innovazzjoni għax dawn huma ċ-ċavetta tal-futur għal-pajjiżna." Dan qalu l-Ministru għall-Finanzi u s-Servizzi Finanzjarji Edward Scicluna waqt żjara li saret lill-uffiċini tall-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija (l-MCST) u Esplora ġewwa Bighi, il-Kalkara, akkumpanjat mis-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji u l-Ekonomija Diġitali Clayton Bartolo, fejn iltaqgħu maċ-Chairman Jeffrey Pullicino Orlando u mal-impjegati tal-kunsill u l-Esplora. F'din iż-żjara, il-Ministru Scicluna u s- Segretarju Parlamentari Bartolo ġew mgħarrfa bil-proġetti li huma pjanati li jsiru u l-attivitajiet li jsiru ġewwa l-MCST.​​

Ixxerja dan l-artiklu Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials