Taħdidiet bejn il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo u rappreżentanti mill-Unjoni Ewropea u mit-Turkija
Il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u Ewropej Evarist Bartolo kellu taħdidiet mar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, Josep Borrell Fontelles, u mal-Ministru tal-Affarijiet Barranin tat-Turkija, Mevlüt Çavuşoğlu.
It-taħdidiet iffukaw fuq is-sitwazzjoni fil-Mediterran, b'Malta tkompli tisħaq li l-paċi u l-istabbiltà fil-Mediterran huma kruċjali għall-paċi u l-istabbilità fil-bqija tal-Ewropa.