Left arrow Mur Lura

Ftehim ta' Studju ta' Esplorazzjoni ma' Albion Energy Malta Limited

Date Icon 25/01/2023
;

​

Albion Energy Malta Limited, kumpanija proprjetà ta' Albion Energy Limited, ġiet mogħtija liċenzja ta' esplorazzjoni mill-Gvern Malti għal Area 2 u Area 7 li jinsabu fix-Xlokk, 'il barra mix-xtut tal-Gżejjer Maltin. Dawn jammontaw għal madwar 18,000 kilometru kwadru.

Il-Ftehim ta' Studju ta' Esplorazzjoni għandu tul ta' sen​ejn bil-possibbiltà li jiġi estiż b'sentejn oħra, soġġett għal programm ta' ħidma addizzjonali. L-obbligi għall-ewwel sentejn jikkonsistu fi studji ġeoloġiċi u ġeofiżiċi fuq data eżistenti.​

​

Ixxerja dan l-artiklu Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials