Il-Ministru għall-Ekonomija, Investiment u Negozji Żgħar Silvio Schembri, responsabbli mill-Air Malta, iltaqa’ mar-rappreżentanti tal-unjin tal-piloti, ALPA.
Kienet laqgħa pożittiva li matulha ż-żewġ naħat ressqu ħsibijiethom f’dak li għandu x’jaqsam il-futur tal-linja nazzjonali tal-ajru, Air Malta, u lil hinn. Kienet enfasizzata l-importanza li kulħadd jagħmel il-parti tiegħu għall-benefiċċju ta’ kulħadd. Iż-żewġ naħat qablu li jerġgħu jiltaqgħu fil-futur qrib.