Left arrow Mur Lura

Mijiet ta’ familji jattendu għall-ftuħ tal-ECOHIVE Academy f’Marsaskala

Date Icon 28/04/2024
;

​

Matul il-jum tal-Ħadd, kienu bosta dawk li attendew għall-ftuħ tal-ECOHIVE Academy.

 

L-għan ta' dan iċ-ċentru huwa li jżid l-għarfien dwar l-ekonomija ċirkulari u l-immaniġġjar tal-iskart biex dan ikun jista' jinbidel f' riżorsa. It-tfal kellhom l-opportunità jitgħallmu dwar dan permezz ta' augmented reality, logħob diġitali u esibiti interattivi oħra li jinsabu fiċ-ċentru.

 

Iċ-ċentru huwa maqsum f'żoni, fejn kull żona tiffoka fuq impjanti differenti għall-immaniġġjar tal-iskart li se jiffurmaw parti mill-proġett ECOHIVE. Mad-dħul, it-tfal ingħataw tablet biex permezz ta' diversi QR codes li hemm f'kull żona setgħu jilgħabu logħob diġitali u jiksbu iktar informazzjoni dwar l-ipproċessar tal-iskart.

 

Għal din l-okkażjoni, l-familji li żaru dan iċ-ċentru setgħu jgawdu ukoll min-numru ta' attivitajiet u divertiment għall-familja ġewwa l-Family Park ta' Marsaskala. Minbarra logħob tradizzjonali u attivitajiet oħra, it-tfal setgħu jiltaqgħu wkoll mat-tliet maskots ta' WasteServ – General Buzz, Commander Yellow u l-Garbage Monster. In-nies setgħu wkoll isegwu shows tal-klieb mis-Sezzjoni K-9 fi ħdan il-Faċilità Korrettiva ta' Kordin, kif ukoll jiltaqgħu ma' parteċipanti minn MasterChef Malta.

 

Għal din l-Open Day attendiet ukoll il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli fejn iltaqgħet mal-familji li żaru l-ECOHIVE Academy.​​

​

Ixxerja dan l-artiklu Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials