Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika Deo Debattista indirizzaw iċ-ċerimonja ta’ ftuħ tas-Simpożju Annwali tal-Farmaċija
Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici u s-Segretarju Parlamentari għall-Protezzjoni tal-Konsumatur u l-Indafa Pubblika Deo Debattista indirizzaw iċ-ċerimonja ta’ ftuħ tas-Simpożju Annwali tal-Farmaċija, li qiegħed jittella’ bejn l-24 u t-28 ta’ Frar, fl-Awla Prima fil-Kampus tal-Università ta’ Malta fil-Belt Valletta. Waqt is-simpożju, l-istudenti li qegħdin isegwu korsijiet offruti mid-Dipartiment tal-Farmaċija jippreżentaw proġetti ta’ riċerka, li ftit minnhom ikopru proċessi farmaċewtiċi b’aspett applikat u rilevanti fuq livell lokali.