Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici kien preżenti għal seminar għall-għalliema tal-lingwa Taljana f’pajjiżna
Il-Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xogħol Owen Bonnici kien preżenti għal seminar għall-għalliema tal-lingwa Taljana f'pajjiżna, bl-isem ta' 'L'Italiano per student adolescenti: variare, motivare, divertire'. Dan is-seminar iffoka fuq kif l-istudenti għandhom ikunu motivati u kif jistgħu jieħdu gost jitgħallmu. Waqt id-diskors ta' ftuħ tiegħu, il-Ministru Owen Bonnici għamel referenza għall-Foreign Language Awareness Programme (FLAP) li hu offrut fl-iskejjel primarji mit-Tielet Sena u l-programm Subject Proficiency Assessment (SPA) li hu ta' livell sekondarju. L-għan ewlieni ta' dan il-programm huwa li jgħin l-istudenti biex jiksbu u jiżviluppaw kompetenza komunikattiva li tippermettilhom li jkollhom interazzjoni effettiva u sinifikanti f'kuntesti soċjali differenti..
Minister for Education and Employment Owen Bonnici was present for a seminar for teachers of the Italian language entitled 'L'Italiano per student adolescenti: variare, motivare, divertire', which focused on how to keep students motivated, with a particular focus on enjoyment in learning. During his opening address, Minister Owen Bonnici made reference to the Foreign Language Awareness Programme (FLAP) offered to primary school pupils starting from Year 3 and the Subject Proficiency Assessment (SPA) programme at secondary school level. The main purpose of this programme is to enable learners to acquire and develop a communicative competence which allows for effective and meaningful interaction in diversified social contexts.