Funeral mill-Istat għall-Professur Oliver Friggieri
Wasla tal-korteo funebri fl-Università ta' Malta. Tingħata l-aħħar tislima lill-Professur Oliver Friggieri mill-Kanċillier David J. Attard, mir-Rettur il-Professur Alfred J. Vella, kollegi u ħbieb oħra mill-Università ta' Malta. Is-Sur Vince Fabri jaqra poeżija ta' ġieħ lill-Professur Oliver Friggieri.
Il-korteo funebri jgħaddi minn quddiem ir-residenza tal-Professur Oliver Friggieri.
Wasla tal-korteo funebri quddiem il-Knisja Arċipretali ta' San Publiju, fil-Furjana. Oliver Friggieri twieled u trabba l-Furjana. Tingħata tislima mill-Kunsill Lokali tal-Furjana u mill-kleru tal-Parroċċa ta' San Publiju u jitpoġġew fjuri mis-Sindku tal-Furjana Davina Sammut Hili u mill-Arċipriet Dun Charles Cini.
Wasla tal-korteo funebri fil-Konkatidral ta' San Ġwann, il-Belt Valletta.
Quddiesa praesente cadavere fil-Konkatidral ta' San Ġwann, immexxija mill-Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna. Fost il-konċelebranti hemm ukoll ħu Oliver, Dun Herbert Friggieri.
Quddiesa praesente cadavere fil-Konkatidral ta’ San Ġwann, immexxija
mill-Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna.
Il-familja tal-Professur Oliver Friggieri waqt il-quddiesa, fosthom
martu Eileen, it-tifla Sara Brincat Friggieri u żewġha Ivan flimkien maż-żewġ
uliedhom.
Eloġju mogħti minn Dr Immanuel Mifsud lill-Professur Oliver Friggieri.
Tinqara għażla ta' ħajku mill-ġabra Il-Kliem li Tgħidlek Qalbek ta' Oliver Friggieri.
Jaqraw Mario Micallef, attur u ħabib ta' Oliver; Gabriel Lia, student ta' Oliver; Adrian Grima, kollega ta' Oliver; Sean Buhagiar, idderieġa xogħlijiet għall-palk ta' Oliver; u Maria Agius, studenta u ħabiba ta' Oliver.
L-aħħar tislima lill-Professur Oliver Friggieri.