FUNERAL TAL-ARĊISQOF EMERITU MONSINJUR ĠUŻEPPI MERCIECA
Il-bidu tal-quddiesa præsente cadavere mmexxija minn Mons. Charles J. Scicluna, Arċisqof ta’ Malta. Il-purċissjoni tad-dħul bdiet mill-Oratorju tal-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.
Għall-quddiesa attendew fost l-oħrajn, l-ogħla tmexxija politika tal-pajjiż fosthom il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca, il-Ministru tal-Edukazzjoni u x-Xogħol Evarist Bartolo li rrappreżenta lill-Prim Ministru, l-Ispeaker tal-Parlament Anġlu Farrugia u l-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil.
Il-qraba u l-pubbliku jagħtu l-aħħar tislima lill-Arċisqof Emeritu Ġużeppi Mercieca.
Il-folla tagħti l-aħħar tislima.
Il-purċissjoni fi Triq ir-Repubblika.
Il-korteo funebri fi Triq ir-Repubblika.
Il-wasla tal-Arċisqof Emeritus Ġużeppi Mercieca, il-Katidral tal-Imdina.