Left arrow Go Back

Il-Kummissjoni Elettorali nediet il-proċess tal-istampar tal-ballot papers għar-Referendum u għall-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali.

Date Icon 27/03/2015
;
​B’kollox se jiġu stampati aktar minn 338,000 ballot paper għal dawk eliġibbli li jivvutaw fir-Referendum u aktar minn 197,000 ballot paper għal dawk eliġibbli għall-vot fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Għar-Referendum il-Kummissjoni Elettorali ħejjiet 611 kamra tal-votazzjoni f’109 ċentru tal-votazzjoni fil-gżejjer Maltin filwaqt li għall-votazzjoni tal-Kunsilli Lokali hemm 300 kamra tal-votazzjoni mifruxa fi 53 ċentru tal-votazzjoni.
Share this Press Photo Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials