Left arrow Mur Lura

Il-50 Sena Anniversarju tal-Forzi Armati ta' Malta

Date Icon 20/04/2023
;

​


Bħala parti miċ-ċelebrazzjonijiet tal-50 Sena Anniversarju tal-Forzi Armati ta’ Malta, nhar l-Erbgħa 19 ta’ April 2023, ġiet immuntata Parata Ċerimonjali fi Pjazza San Ġorġ, il-Belt Valletta. Din il-parata kienet iffurmata minn 150 suldat, flimkien mal-Banda tal-FAM. Preżenti għal dan l-avveniment kien hemm il-President ta’ Malta George Vella, il-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà, ir-Riformi u l-Ugwaljanza Byron Camilleri, il-Kmandant tal-Forzi Armati ta’ Malta Brigadier Clinton O’Neill, uffiċjali fis-servizz u gradi oħra, eks-servizzi, u mistednin distinti oħra. Il-President ingħata Salut Nazzjonali u spezzjona l-parata, u wara l-parata għamlet ‘march past in slow and quick time’.  Il-Banda tal-FAM esegwiet wirja, bil-formazzjonijiet ‘AFM’ u ‘50’, akkumpanjati minn varjetà ta’ mużika Maltija komposta, u jew irranġata, mill-mużiċisti tal-FAM stess. Ġie eżegwit Fly Past bl-assi tal-Air Wing, biex jimmarka dan l-anniversarju storiku. Il-membri kollha ġew ippreżentati bil-‘Midalja Kommemorattiva tal-50 Anniversarju tal-Forzi Armati ta’ Malta’, li ġiet milbusa għall-ewwel darba mill-persunal kollu li jifforma parti minn din il-parata, biex ifakkar dan l-anniversarju, u bħala rikonoxximent għas-servizz tagħhom fil-Forzi Armati.

Dan l-anniversarju jimmarka l-ħatra mill-ġdid tal-Malta Land Force għall-Forzi Armati ta’ Malta, li saret fid-19 ta’ April 1973.


​

Ixxerja dan l-artiklu Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials