Court Notices published in Government Gazette no 21,649 of 21st May 2026
Notice 1354
1354ARB/C139/2025 – VARJAZZJONI TAL-ORDNI TA’ QBID U FFRIŻAR
IKUN JAF KULĦADD illi b’digriet mogħti fis-16 ta’April, 2026 mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala Qorti Istruttorja (il-Maġistrat Dott. Leonard Caruana, LLD). Kumpilazzjoni Numru 820/2025, fil-kawża fl-ismijiet:
Ir-Repubblika ta’ Malta
Kontra
BALA SISSOKO, tile layer, ta’ 31 sena, iben Sadio u Sita, imwieled fil-Mali, fis-17 ta’ Frar, 1995, residenti fi Flat 3, Triq il-Ġdida, Ħal Luqa, Malta, u detentur ta’ passaport Mali bin-numru AA0619397.
Il-Qorti ORDNAT illi l-ordni ta’ qbid u ffriżar maħruġa fil-1 ta’ Diċembru, 2025, fil-konfront ta’ BALA SISSOKO qed tiġi limitata għas-somma ta’:
Mitejn u tlieta u erbgħin elf, sitt mija u sitta u tletin ewro u sitta u disgħin ċenteżmu. (€243,636.96) jew assi ta’ valur ekwivalenti;
bħala l-assi li għandhom ikunu suġġetti għall-konfiska fil-każ ta’ sejbien ta’ ħtija.
Din il-varjazzjoni qed issir ai termini Artikolu 36 tal-Att dwar ir-Rikavat mill-Kriminalità, Kap. 621 tal-Liġijiet ta’ Malta, wara digriet ta’ ordni ta’ qbid u ffriżar mogħti mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala Qorti Struttorja (il-Maġistrat Dott. Leonard Caruana, LLD), fl-1 ta’ Diċembru, 2025, li ġiet ippublikata fil-Gazzetta tal-Gvern fit-23 ta’ Diċembru, 2025, fejn il-Qorti ordnat iż-żamma u s-sekwestru f’idejn terzi persuni b’mod ġenerali, tal-flejjes u l-proprjetà mobbli jew immobbli kollha li huma dovuti lil, jew imissu lil, jew li huma proprjetà ta’ BALA SISSOKO.
Illum 14 ta’Mejju, 2026
IS-SA EUNICE GRECH FIORINI
Direttur, Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi
Notice 1355
1355ARB/C107/2025 – VARJAZZJONI TAL-ORDNI TAL-IFFRIŻAR
IKUN JAF KULĦADD illi b’digriet mogħti fl-30 ta’ April, 2026, mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala Qorti Struttorja (il-Maġistrat Dott. Lara Lanfranco, LLD), Kumpilazzjoni Numru 767/2025, fil-kawża fl-ismijiet:
Ir-Repubblika ta’ Malta
Kontra
ANDREINA FENECH FARRUGIA;
GIOVANNI ELLUL, direttur, ta’ 39 sena, iben Salvu Ellul u Rita Ellul xebba’ Sammut, imwieled Tal-Pietà, Malta, fit-23 ta Settembru, 1986, u residenti f’126, Casa Bella Vista, Triq Tax-Xerriek, Marsaxlokk, u detentur ta’ karta tal-identità Maltija bin-numru 452386M.
U
MALTA FISH FARMING LIMITED;
Il-Qorti ORDNAT li l-kont bankarju rreġistrat f’isem GIOVANNI ELLUL li jispiċċa b’-0026 u miżmum mal-APS Bank plc għandu jibqa’ suġġett għall-Ordni ta’ Qbid u Ffriżar sal-ammont ta’ €100,000 (mitt elf ewro), u li l-assi l-oħra kollha ta’ GIOVANNI ELLUL, bl-eċċezzjoni tal-imsemmi kont bankarju, għandhom jiġu liberati mill-effetti tal-imsemmi Ordni ta’ Qbid u Ffriżar.
Din il-varjazzjoni qed issir ai termini tal-Artikolu 36 tal-Att dwar ir-Rikavat mill-Kriminalità, Kap. 621 tal-Liġijiet ta’ Malta, wara digriet ta’ ordni tal-iffriżar mogħti mill-Qorti tal-Maġistrati (Malta) bħala Qorti Struttorja (il-Maġistrat Dott. Rachel Montebello, LLD), fid-29 ta’ Settembru, 2025, li ġiet ippubblikata fil-Gazzetta tal-Gvern fis-7 ta’ Ottubru, 2025, fejn il-Qorti ordnat is-sekwestru f’idejn terzi persuni b’mod ġenerali, tal-flejjes u l-proprjetà mobbli jew immobbli kollha li huma dovuti lil, jew imissu lil, jew li huma proprjetà ta’ Andreina Fenech Farrugia, GIOVANNI ELLUL u Malta Fish Farming Limited.
Illum 15 ta’ Mejju, 2026
IS-SA EUNICE GRECH FIORINI
Direttur, Uffiċċju għall-Irkupru tal-Assi